Haga li qatt ma stajt nifhem hi xi jwassal li certu nies jaslu li jittrataw l-animali b’mod tant krudili. Kif jista jkun li ma thennx ghal dak l-animal fi stat ta’ ugiegh u tbatija? Certament li min hu insensittiv ghal tbatijiet li jsofru dawn il-hlejjaq allura hu insenittiv ukoll f’affarijiet ohra fejn jikkoncerna l-bniedem direttament. Kif tista thoss ghal persuni li ghaddejin min xi forma ta’ ingustizzja meta l-hena tieghek tippartecipa f’ atti ta’ krudilta imposti fuq animali? Ma nistax nimmagina persuna b’ tendenzi sadisti bhal ma hu l-glied ta’ l-klieb tokkupa ruha jekk xi hadd ifekkek idejh!!!!!!!!!! Kemm kellu ragun Mahatma Gandhi meta qal: ‘The greatness of a nation and its moral progress can be judged by the way its animals are treated”

Ghalkemm prattikalment kullhadd jaqbel ma li kien qal Gandhi, is-sitwazzjoni hi kemmxejn inkwetanti. Personalment nemmen illi din is-sitwazzjon ghandha tigi indirizzata permezz ta’ edukazzjoni kontinwa minn eta tenera flimkien ma struttura legali aktar b’sahhita u infurzar ta’ l-ligi. Fuq livell nazzjonali, sar progress konsiderevoli fejn jikkoncerna l-ewwel zewg spunti kuntrarju ghal rigward l-infurzar ta’ l-ligi. L-infurzar f’pajjizna hu kwazi inezistenti. Il-Pulizija difficli tlahhaq ma kollox waqt li napprezzaw ukoll li l-Korp ghandu nuqqas ta’ nies specjalizzati f’dan il-qasam. L-Awtoritajiet konxji ta’ dan tant illi fl-’Animal Welfare Act 2002′ gie stabbilit illi:
‘The Minister may make regulations to provide for and
to regulate the duties and powers of officials, hereinafter referred to
as animal welfare officers, who shall be responsible for the
enforcement of the provisions of this Act.’
Ghaddew sitt snin u ghadu ma gie appuntat l-ebda animal welfare officer.
