Wasal stagun iehor ta’ kacca u regghu bdew diehlin rapporti ta’ kacca illegali. Waqt li ma nixtieqx nidhol fl-argument ta’ kemm kaccaturi verament josservaw il-ligijiet, ma nistax ma nespremix disapprovazzjoni assoluta lejn dan l-agir. Apparti li kacca fuq tajr prottet hu minnu innifsu ksur ta’ l-ligi, hemm hafna ragunijiet ohra li jsahhu dan l-argument ta’ konservazzjoni. L-ewwelnet dan it-tajr ghandu rwol importanti fin-natura ghax izomm certu bilanc (partikolarment tajr ta’ l-priza) u anke ghax il-poplu ghandu dritt jgawdi dan il-wirt naturali. Trid tkun vera arroganti biex tasal tispara fuq kuccarda u icahhad lill min jixtieq igawdi xena mill-isbah ta’ tajra bhal din tisaqqaf u isebbah il-madwar.
Waqt li jien personalment inhoss li l-kacca hi prattika krudili, nirispetta lill min jippratika l-kacca waqt li josserva l-ligijiet koncernati. Hija hasra li min josserva l-ligijiet qed jigi mitfugh fl-istess keffa. Inhoss li ghandu jigi mill-kaccatur stess li jidistakka ruhu minn dawk il-barbari li jisparaw fuq kull ma jtir billi jirraporta kazijiet ta’ kacca illegali. Li dawwar wiccek jghamlek komplici u tkun int stess li qed titfa’ lilhekk innifsek fil-keffa!


