
Ma nistax nifhem kif ‘pajjizna ma jezistux ‘farmers’ market’ jew ahjar suq dedikat biss ghall-bdiewa. Bdiewa ta’ l-nhawi jesibixxu l-prodotti taghhom waqt li dawk prezenti jixtru direttament minn ghandhom. Dawn is-swieq fihom hafna vantaggi tant li kullhadd igawdi minn din is-sistema.
Il-bidwi jiffranka milli jiehu triq lejn il-pitkalija peress illi minflok jiehu l-prodotti tieghu lejn is-suq li jinsab f’l-istess lokalita. Apparti d-distanzi u hin iffrankati, id-dhul jizdied peress illi l-bejgh isir direttament lill-konsumatur. Minn-naha ta’ l-konsumatur, dan ukoll jiffranka l-flus peress illi l-prezz ikun irhas waqt li l-prodott ikun aktar frisk.
Il-fatt illi kemm il-konsumatur u kemm il-bidwi jinqeda fil-lokalita tieghu jghin sabiex jonqos it-tniggiz ta’ l-arja kawzat mill-vetturi li johonqu t-toroq taghna. Kull qatra tghodd!
Ezempju tipiku ta’ dan kollu hija l-lokalita ta’San Pawl il-Bahar. Fix-xuhur sajfin l-popolazzjoni tisplodi rizultat ta’ numru kbir ta’ familji li ghandhom residenza ghas-sajf. Fl-istess lokalita hemm ukoll hafna art agrikola. Issa immagina mimli trakk frott jew haxix li origina minn din il-lokalita jittiehed lejn il-pitkalija f’Ta’ Qali u wara jinxtara minn bejjiegha li dawn jergaw jiehdu dawn il-prodotti lejn San Pawl il-Bahar sabiex jinbiegh hemm. Hela ta’ hin, ‘fuel’, flus, rizorsi……..etc
Issa kieku darbtejn fil-gimgha jigi organizzat suq fil-’car park’ li tinsab fil-ponta ta’ l-Qawra fejn jinhareg permess li jarmaw lill dawk il-bdiewa li ghandhom raba’ f’din il-lokalita’ registrat fuq isimhom biss, is-sitwazzjoni tkun ferm ahjar!