Posted by: simongalea | July 15, 2008

Mezzi ta’ transport aktar nodfa

Rizultat ta’ d-daqs, pajjizna jghamlu post idejali fejn it-transport pubbliku iservi l-maggoranza ta’ l-bzonnijiet taghna. Id-distanzi huma qosra u sistema fejn tkopri ir-rottot kollha waqt li topera f’hinijiet aktar wesghin ghandha issolvi hafna mill-problemi li niffacjaw kuljum fit-toroq taghna. Dawn jinkludu hin twil tistenna fit-traffiku, problema ta’ parkegg, tniggis ta’ l-arja, storbju u tant problemi ohra ikkagunati minn numru dejjem jikber ta’ karozzi li johonqu it-toroq taghna.

Fl-ahhar jidher li l-Gvern se jipprova jiehu l-problema bis-serjeta. Nittamaw li bil-partecipazzjoni ta’ kullhadd naslu sabiex ikollna sistema ta’ transport pubbliku efficjenti. Immagina kemm tiffranka flus tul is-sena f’petrol, kemm jonqos it-tniggis fl-arja u finalment kemm jonqos l-storbju fit-toroq taghna. Din ta’ l-ahhar forsi ma tantx tigi ikkunsidrata minn hafna minna pero sabiex tirrejalizza l-effett taghha kull ma trid tghamel hu li mit-telgha ta’ s-Saqqajja fir-Rabat timxi sa l-Mdina! X’hena u kwiet fl-Mdina, x’ ugigh ta’ ras taht is-Saqqajja!

Mezz iehor ta’ transport aktar nadif hu l-uzu ta’ muturi u roti. Prattikalment f’disa’ xhur mis-sena t-temp jippermetti l-uzu ta’ dawn il-vetturi. Fost il-vantaggi li hemm marbuta ma dan il-mezz ta’ transport hu n-nuqqas mill-uzu ta’ fuel‘ u l-fatt li ma tehilx wara l-karozzi fit-traffiku! Kemm sighat nghaddu fis-sena mwahhla ma dak is-siggu fil-karozza nistennew li xi darba l-kurdun ta’ karozzi quddiemna jibda jiccaqlaq.

                                                                             

Personalment nghamel uzu regolari ta’ r-rota. Il-vantaggi huma kbar (inkluz l-ezercizzju li nkun qed nghamel) pero marbuta hemm numru ta’ zvantaggi li ftit li xejn gew indirizzati. Dawn jinkludu nuqqas ta’ bicycle lanes u nuqqas ta’ rispett minn certa sewwieqa ta’ karozzi li jipparkjaw jew isuqu f’dawn il-’lanes’, ammont ta’ hgieg mkisser fl-istess ‘lanes’ u nuqqas ta’ incentivi bhal ma huma ’showers’ fuq il-postijiet ta’ x-xoghol. Il-lanes li hemm fil-’Coast Road’ ta’ Bahar ic-Caghaq huma mimlija hgieg mkisser il-maggoranza minnu spicca hemm rizultat ta’ incdenti ta’ traffiku (hgieg mkisser ta’ windscreens). Ma tantx tiehu gost tlaqqat puncture f’nofs il-’Coast Road’! Nemmen li it-tindif ta’ dan il-hgieg hu responsabilta ta’ s-sidien ta’ dawn il-vetturi involuti f’incidenti. Kemm il-Pulizija u kemm il-Gwardjani Lokali ghandhom jaraw li dan it-tindif u gbir ta’ hgieg mkisser isehh mil-persuni responsabli. Ninsab konvint li kieku dawn l-ostakli jigu mgheluba, hafna ikunu dawk li juzaw ir-rota sabiex imorru x-xoghol partikolarment dawk il-hafna li isuqu distanzi qosra ta’ bejn tnejn u hames mili kuljum sabiex imorru ghax-xoghol.  Jaslu qabel, ma jghamlux xi kwarta ifittxu parkegg u jiffrankaw flus f”petrol u parkegg.

Ghalkemm jipproducu wkoll dhahen, l-inkwilinament ikkagunat minn muturi ta’ cilindratura baxxa huwa neglegibli meta mqabbel ma dak ikkagunat mill-karozzi. L-uzu ta’ dawn il-muturi ghandu jigi mhajjar billi dawk kollha b’cilindrattura taht 100cc ikunu ezentati mill-hlas ta’ l-licenzja ta’ t-triq. Ma tghamilx sens li mutur 1000cc u moped  50cc ihallsu l-istess licenzja! Fejn hi l-Polluter Pays Principle?


Leave a response

Your response:

Categories